This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0585
Case T-585/17: Action brought on 29 August 2017 — Alonso Goñi and Others v SRB
Kawża T-585/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2017 – Alonso Goñi et vs SRB
Kawża T-585/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2017 – Alonso Goñi et vs SRB
ĠU C 402, 27.11.2017, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/40 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2017 – Alonso Goñi et vs SRB
(Kawża T-585/17)
(2017/C 402/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Pablo Alonso Goñi (Legutio, Spanja), Xabier Alonso Vicinay (Legutio), Leire Alonso Vicinay (Legutio) (rappreżentant: R. García-Bragado Acín, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
— |
tikkunsidra bħala ppreżentat dan ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju, dwar ir-riżoluzzjoni tal-Banco Popular Español, kif ukoll l-evalwazzjoni li fuqha hija bbażata; u li, ladarba jitwettqu l-verifiki meħtieġa tilqa’ r-rikors bħala ammissibbli u tkompli bil-proċedura stabbilita fl-Artikoli 120 et seq tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja; |
— |
minħabba l-impossibbiltà prattika li tmur lura mill-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni msemmija, tiddikjara fis-sentenza l-obbligu tal-SRB li jagħmel tajjeb għad-danni kkawżati lir-rikorrenti, speċifikament fl-ammont tal-investiment tagħhom jew fl-ammont iddeterminat fl-eżekuzzjoni tas-sentenza; |
— |
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.