Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0689

Kawża T-689/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Top Cable vs SRB

ĠU C 412, 4.12.2017, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201711170481555692017/C 412/526892017TC41220171204MT01MTINFO_JUDICIAL20171005363721

Kawża T-689/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Top Cable vs SRB

Top

C4122017MT3610120171005MT0052361372

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Top Cable vs SRB

(Kawża T-689/17)

2017/C 412/52Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Top Cable, SA (Rubí, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduha mill-bonds ta’ BANCO POPULAR ESPAÑOL, S.A li kienu proprjetà tagħha;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni iħallas lir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 52000000 bħala kumpens għad-danni sostnuti (l-“ammont dovut);

tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;

tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs SRB.

Top
  翻译: