This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0698
Case T-698/17: Action brought on 11 October 2017 — MAN Truck & Bus v EUIPO — Halla Holdings (MANDO)
Kawża T-698/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2017 – Man Truck & Bus vs EUIPO – Halla Holdings (MANDO)
Kawża T-698/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2017 – Man Truck & Bus vs EUIPO – Halla Holdings (MANDO)
ĠU C 437, 18.12.2017, p. 35–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/35 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2017 – Man Truck & Bus vs EUIPO – Halla Holdings (MANDO)
(Kawża T-698/17)
(2017/C 437/42)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Man Truck & Bus AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Röhl, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Halla Holdings Corp. (Yongin-si, il-Korea)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MANDO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 276 144
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 1919/2016-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |