Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0078

Kawża C-78/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

ĠU C 211, 18.6.2018, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806010411917392018/C 211/11782018CJC21120180618MT01MTINFO_JUDICIAL201802068921

Kawża C-78/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

Top

C2112018MT810120180206MT00118192

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-78/18)

2018/C 211/11Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L. Malferrari u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tiddikjara li billi introduċiet restrizzjonijiet b’mod diskriminatorju, mhux neċessarju u infondat fir-rigward ta’ donazzjonijiet barranin favur organizzazzjonijiet ċivili Ungeriżi permezz tal-külföldről támogatott szervezetek átláthatóságáról szóló 2017. évi LXXVI. Törvény (Liġi LXXVI tal-2017, dwar it-trasparenza tal-organizzazzjonijiet li jirċievu l-għajnuna ekonomika minn barra l-pajjiż), liema dispożizzjonijiet jimponu obbligi ta’ reġistrazzjoni, ta’ dikjarazzjoni u ta’ trasparenza għal ċerti kategoriji ta’ organizzazzjonijiet ċivili – dawk li jirċievu għajnuna ekonomika minn barra l-pajjiż diretta jew indiretta li tkun ogħla minn ammont speċifiku – u barra minn hekk jistabbilixxu l-possibbiltà li jiġu applikati sanzjonijiet fuq l-organizzazzjonijiet li ma jissodisfawx dawn l-obbligi, l-Ungerija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE, u l-Artikoli 7, 8 u 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Liġi LXXVI tal-2017, dwar it-trasparenza tal-organizzazzjonijiet li jirċievu l-għajnuna ekonomika minn barra l-pajjiż timponi obbligi ta’ reġistrazzjoni, ta’ dikjarazzjoni u ta’ trasparenza fuq ċerti kategoriji ta’ organizzazzjonijiet ċivili – dawk li jirċievu għajnuna ekonomika minn barra l-pajjiż diretta jew indiretta li tkun ogħla minn ammont speċifiku – u barra minn hekk tistabbilixxi l-possibbiltà li jiġu applikati sanzjonijiet fuq l-organizzazzjonijiet li ma jissodisfawx dawn l-obbligi.

Fl-14 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni ressqed proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-Ungerija b’rabta mal-Liġi LXXVI tal-2017.

Peress li qieset li t-tweġiba mogħtija mill-Ungerija ma kinitx sodisfaċenti, il-Kummissjoni għaddiet għall-fażi segwenti tal-proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u, fil-5 ta’ Ottubru 2017, bagħtet opinjoni motivata lill-Ungerija.

Peress li qieset li lanqas it-tweġiba mogħtija għall-opinjoni motivata ma kienet sodisfaċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissottometi l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja bil-għan li din tiddikjara li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikoli 7, 8 u 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Top
  翻译: