This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0102
Case C-102/18: Request for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht Köln (Germany) lodged on 13 February 2018 — Klaus Manuel Maria Brisch
Kawża C-102/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Klaus Manuel Maria Brisch
Kawża C-102/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Klaus Manuel Maria Brisch
ĠU C 142, 23.4.2018, p. 35–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/35 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Klaus Manuel Maria Brisch
(Kawża C-102/18)
(2018/C 142/46)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Köln
Parti fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Klaus Manuel Maria Brisch
Domandi preliminari
Meta ssir applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew għas-Suċċessjoni, fis-sens tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 (1), l-użu tal-Formola IV (Anness 4), prevista fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014 u stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2) tar-Regolament Nru 650/2012 (2), huwa obbligatorju jew sempliċement fakultattiv?
(1) Regolament (UE) Nru 50/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU 2012, L 201, p. 107).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1329/2014 tad-9 ta’ Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-Formoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU 2014, L 359, p. 30).