Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0208

Kawża T-208/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Nessim Daoud et vs Il-Kunsill et

ĠU C 211, 18.6.2018, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806010071915472018/C 211/302082018TC21120180618MT01MTINFO_JUDICIAL20180323232422

Kawża T-208/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Nessim Daoud et vs Il-Kunsill et

Top

C2112018MT2320120180323MT0030232242

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Nessim Daoud et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-208/18)

2018/C 211/30Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Magdy Milad Nessim Daoud (Blainville, il-Kanada), Larsennar Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) u Maxim Zakharchenko (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: A. Markides, M. Ioannides, C. Velaris u C. Velaris, avukati, A. Robertson, QC u G. Rothschild, barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Grupp tal-Euro (rappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea) u L-Unjoni Ewropea (rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ammonti indikati fit-tabella mehmuża mar-rikors, miżjudin bl-interessi dekorsi sa mis-26 ta’ Marzu 2013 sal-għoti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali,

jew, sussidjarjament,

tikkonstata li l-konvenuti sostnew responsabbiltà mhux kuntrattwali u tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi stabbilit it-telf riparabbli effettivament subit mir-rikorrenti;

u, fi kwalunkwe każ,

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi essenzjalment identiċi jew simili għal dawk imqajma fil-Kawża T-147/18, APG Intercon et vs Il-Kunsill et.

Top
  翻译: