This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0438
Case T-438/18: Action brought on 18 July 2018 — Pareto Trading v EUIPO — Bikor and Bikor Professional Color Cosmetics (BIKOR EGYPTIAN EARTH)
Kawża T-438/18: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2018 – Pareto Trading vs EUIPO – Bikor u Bikor Professional Color Cosmetics (BIKOR EGYPTIAN EARTH)
Kawża T-438/18: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2018 – Pareto Trading vs EUIPO – Bikor u Bikor Professional Color Cosmetics (BIKOR EGYPTIAN EARTH)
ĠU C 319, 10.9.2018, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/23 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2018 – Pareto Trading vs EUIPO – Bikor u Bikor Professional Color Cosmetics (BIKOR EGYPTIAN EARTH)
(Kawża T-438/18)
(2018/C 319/28)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pareto Trading Co., Inc. (Carlstadt, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Sempere Massa, C. Martínez-Tercero Molina, V. Balaguer Fuentes, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bikor Elżbieta Korbut (Gdańsk, il-Polonja) u Bikor Professional Color Cosmetics Małgorzata Wedekind (Gdańsk)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “BIKOR EGYPTIAN EARTH” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 561 788
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2018 fil-Każ R 1826/2015-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż kollha li r-rikorrenti sostna preċedentement quddiem kemm id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni kif ukoll quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, proċedimenti li wasslu għal dan ir-rikors. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |