Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0459

Kawża T-459/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2018 – Lotte vs EUIPO – Générale Biscuit-Glico France (PEPERO original)

ĠU C 364, 8.10.2018, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/17


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2018 – Lotte vs EUIPO – Générale Biscuit-Glico France (PEPERO original)

(Kawża T-459/18)

(2018/C 364/17)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lotte Corp. (Seul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: G. Ringeisen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Générale Biscuit-Glico France (Clamart, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni PEPERO original bil-kuluri aħmar, kannella, isfar, abjad

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 913/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija annullat it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 413 651 tal-kumpannija LOTTE u kkundannatha tirrimborsa l-ispejjeż u t-taxxi tal-kumpannija Générale Biscuit-Glico France;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-kumpannija Générale Biscuit-Glico France jirrimborsaw lill-kumpannija LOTTE l-ispejjeż tar-rappreżentanza professjonali f’kull waħda mill-proċeduri;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-kumpannija Générale Biscuit-Glico France għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 64 Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top
  翻译: