Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0559

Kawża T-559/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2018 – Atos Medical vs EUIPO – Andreas Fahl Medizintechnik – Vertrieb (ġibs mediku)

ĠU C 399, 5.11.2018, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/55


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2018 – Atos Medical vs EUIPO – Andreas Fahl Medizintechnik – Vertrieb (ġibs mediku)

(Kawża T-559/18)

(2018/C 399/71)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Atos Medical GmbH (Troisdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Middelhoff, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andreas Fahl Medizintechnik- Vertrieb GmbH (Köln, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 1339246-0009

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2215/2016-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż,

Fil-każ li l-intervenjenti tipparteċipa fil-proċedimenti, ir-rikorrenti titlob ukoll li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 5 u tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


Top
  翻译: