Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CB0105

Kawża C-105/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Monomeles Protodikeio Serron — il-Greċja) — WP vs Trapeza Peiraios AE (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Setgħat u obbligi tal-qorti nazzjonali — Proċedura għal ordni ta’ ħlas — Oppożizzjoni għal din l-ordni milqugħa — Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domanda preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

ĠU C 288, 26.8.2019, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Monomeles Protodikeio Serron — il-Greċja) — WP vs Trapeza Peiraios AE

(Kawża C-105/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Setgħat u obbligi tal-qorti nazzjonali - Proċedura għal ordni ta’ ħlas - Oppożizzjoni għal din l-ordni milqugħa - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domanda preliminari - Inammissibbiltà manifesta)

(2019/C 288/13)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Monomeles Protodikeio Serron

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WP

Konvenuta: Trapeza Peiraios AE

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Serron (il-Qorti tal-Ewwel Istanza b’Imħallef Uniku ta’ Serres, il-Greċja), permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ Jannar 2019, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 148, 29.4.2019.


Top
  翻译: