Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0072

Kawża C-72/19 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2019 minn Suzanne Saleh Thabet, Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh, Khadiga Mahmoud El Gammal mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-22 ta’ Novembru 2018 fil-Kawżi magħquda T-274/16 u T-275/16: Saleh Thabet et vs Il-Kunsill

ĠU C 155, 6.5.2019, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/23


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2019 minn Suzanne Saleh Thabet, Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh, Khadiga Mahmoud El Gammal mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-22 ta’ Novembru 2018 fil-Kawżi magħquda T-274/16 u T-275/16: Saleh Thabet et vs Il-Kunsill

(Kawża C-72/19 P)

(2019/C 155/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Suzanne Saleh Thabet, Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh, Khadiga Mahmoud El Gammal (rappreżentanti: D. Anderson QC, B. Kennelly QC, J. Pobjoy, Barrister, G. Martin, C. Enderby Smith, F. Holmey, Solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni appellata;

tiddeċiedi l-kawża hija stess, tannulla l-atti kkontestati sa fejn dawn jirrigwardaw lill-appellanti;

alternattivament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal ġudizzju, fuq il-linji tal-analiżi legali tal-Qorti tal-Ġustizzja, u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-appellanti għall-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-Kunsill ma kienx meħtieġ jivverifika li l-awtoritajiet Eġizzjani kienu osservaw id-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ereopea tal-appellanti.

It-tieni aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-Kunsill ma kienx meħtieġ jivverifika li l-proċeduri ġudizzjarji u l-investigazzjonijiet li jikkonċernaw lill-appellanti jirrigwardaw atti li huma ta’ natura li jimminaw l-istat tad-dritt fl-Eġittu.

It-tielet aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-Kunsill ma kienx wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta bbaża ruħu fuq il-Każ Nru 10427 (l-allegazzjonijiet ta’ Al Watany Bank).

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-Kunsill ma kienx wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta bbaża ruħu fuq il-Każ Nru 8897 (il-każ tal-arranġament mill-ġdid ta’ villa privata).

Il-ħames aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-Kunsill ma kienx wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta bbaża ruħu fuq il-Każ Nru 756 (l-allegazzjonijiet ta’ rigali mill-istabbiliment Al-Ahram) u fuq il-Każ Nru 53(l-allegazzjonijiet ta’ rigali minn Dar El Tahrir).

Is-sitt aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-Kunsill ma kienx wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta bbaża ruħu fuq il-Każ Nru 144 (l-allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus).


Top
  翻译: