This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0742
Case C-742/19: Request for a preliminary ruling from the Vrhovno sodišče Republike Slovenije (Slovenia) lodged on 10 October 2019 — B. K. v Republic of Slovenia
Kawża C-742/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-10 ta’ Ottubru 2019 – B. K. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
Kawża C-742/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-10 ta’ Ottubru 2019 – B. K. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
ĠU C 19, 20.1.2020, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-10 ta’ Ottubru 2019 – B. K. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-742/19)
(2020/C 19/15)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: B.K.
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) japplika wkoll għall-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tad-difiża u għall-militari li jagħmlu xogħol tal-għassa fi żmien ta’ paċi? |
2) |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-perijodi ta’ stand-by tal-ħaddiema li jaħdmu fl-armata, imwettqa fuq il-post tax-xogħol jew f’post determinat (iżda mhux id-dar) u l-preżenza tal-militari li jaħdmu fil-qasam tad-difiża f’perijodi ta’ għassa, meta dawn il-militari ma jwettqux xogħol effettiv, iżda għandhom ikunu fiżikament preżenti fil-kwartier tas-suldati, ma humiex inklużi fil-ħin tax-xogħol? |
(1) Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).