Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0315

Kawża T-315/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – BT vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Konjuġi superstiti – Pensjoni tas-superstiti – Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà – Tul taż-żwieġ – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Proporzjonalità”)

ĠU C 62, 22.2.2021, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – BT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-315/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Konjuġi superstiti - Pensjoni tas-superstiti - Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà - Tul taż-żwieġ - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Proporzjonalità”)

(2021/C 62/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BT (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Mongin, aġent)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: L-Assoċjazzjoni tal-Ex Persunal tal-Unjoni Ewropea (AIACE) (rappreżentant: J. Van Rossum, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u J. Steele, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2018 li tiċħad l-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2018 li tiċħad l-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti ta’ BT hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż ta’ BT.

3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

4)

L-Assoċjazzjoni tal-Ex Persunal tal-Unjoni Ewropea (AIACE) għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.


Top
  翻译: