Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0575

Kawża T-575/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2021 – Hill Mansilla vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2018 – Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni – Eżami komparattiv tal-merti – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Nondiskriminazzjoni”)

ĠU C 297, 26.7.2021, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2021 – Hill Mansilla vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-575/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2018 - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Nondiskriminazzjoni”)

(2021/C 297/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Élise Hill Mansilla (Rodemack, Franza) (rappreżentant: R. Mbonyumutwa, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, l-ewwel, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2018 li ma tinkludix isem ir-rikorrenti fil-lista definittiva tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2018 u, it-tieni, għall-kumpens għad-danni morali u materjali li din tal-aħħar allegatament sostniet minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Élise Hill Mansilla hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.


Top
  翻译: