Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0852

Kawża T-852/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – Albéa Services vs EUIPO – dm-drogerie markt (ALBÉA) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva ALBÉA – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea preċedenti – Trade mark verbali Balea – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Karattru distintiv tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea preċedenti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

ĠU C 452, 8.11.2021, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – Albéa Services vs EUIPO – dm-drogerie markt (ALBÉA)

(Kawża T-852/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva ALBÉA - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea preċedenti - Trade mark verbali Balea - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Karattru distintiv tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 452/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Albéa Services (Gennevilliers, Franza) (rappreżentant: J.-H. de Mitry, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Bludovsky, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2019 (Każ R 1480/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm-drogerie markt u Albéa Services.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Settembru 2019 (Każ R 1480/2019-2) hija annullata sa fejn din annullat d-deċiżjoni tal-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, minbarra sa fejn din annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fir-rigward tal-“kosmetiċi” inklużi fil-klassi 3.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Albéa Services.

4)

dm-drogerie markt GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


Top
  翻译: