Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0597

Kawża T-597/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2020 – Helsingin kaupunki vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

ĠU C 191, 8.6.2020, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/17


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2020 – Helsingin kaupunki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-597/19 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2020/C 191/23)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Helsingin kaupunki (il-Finlandja) (rappreżentant: I. Aalto-Setälä, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Huttunen u F. Tomat, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 3152 final tat-28 ta’ Ġunju 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33846 (2015/C) (ex 2014/NN) (ex 2011/CP) mogħtija mir-Repubblika tal-Finlandja lil Helsingin Bussiliikenne Oy.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tad-19 ta’ Settembru 2019, Helsingin kaupunki vs Il-Kummissjoni (T-597/19 R, mhux ippubblikat), huwa rrevokat.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ Nobina Oy u ta’ Nobina AB kif ukoll fuq it-talba għal trattament kunfidenzjali ta’ Helsingin kaupunki.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn Nobina Oy u minn Nobina AB, li għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talba tagħhom għal intervent fil-proċeduri għal miżuri provviżorji.


Top
  翻译: