Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0114

Kawża T-114/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Pavel vs EUIPO — bugatti (B)

ĠU C 213, 24.6.2019, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/39


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Pavel vs EUIPO — bugatti (B)

(Kawża T-114/19)

(2019/C 213/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dan-Gabriel Pavel (Oradea, ir-Rumanija) (rappreżentant: E. Nedelcu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: bugatti GmbH (Herford, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva B — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 545 181

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedura ta’ annullament

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2018 fil-Każijiet relatati R 49/2018-1 u R 85/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u żżomm it-trade mark EUTM-013545181 irreġistrata validatament kif kienet irreġistrata fil-05/05/2016 għall-prodotti u s-servizzi kollha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ġudizzjarji.

Motivi invokati

Inapplikabbiltà tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Assenza ta’ prova dwar il-ksur tal-interess pubbliku.


Top
  翻译: