This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0156
Case T-156/19: Action brought on 12 March 2019 — Koenig & Bauer v EUIPO (we’re on it)
Kawża T-156/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2019 — Koenig & Bauer vs EUIPO (we’re on it)
Kawża T-156/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2019 — Koenig & Bauer vs EUIPO (we’re on it)
ĠU C 148, 29.4.2019, p. 63–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/63 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2019 — Koenig & Bauer vs EUIPO (we’re on it)
(Kawża T-156/19)
(2019/C 148/63)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Koenig & Bauer AG (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Reinisch, B. Sorg u M. Ringer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “we’re on it” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 983 066
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1027/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibdilha b’mod li tiġi annullata d-deċiżjoni tal-EUIPO tat-23 ta’ April 2018, li permezz tagħha ġiet irrifjutata r-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 16 983 066, u li titkompla l-proċedura għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 983 066, u b’mod li t-taxxa tal-appell tiġi rrimborsata lir-rikorrenti (applikanti għat-trade mark inkwistjoni); |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |