This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0328
Case T-328/19: Action brought on 29 May 2019 — ‘Scorify’ v EUIPO — Scor (SCORIFY)
Kawża T-328/19: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2019 — “Scorify” vs EUIPO — Scor (SCORIFY)
Kawża T-328/19: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2019 — “Scorify” vs EUIPO — Scor (SCORIFY)
ĠU C 246, 22.7.2019, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 246/40 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2019 — “Scorify” vs EUIPO — Scor (SCORIFY)
(Kawża T-328/19)
(2019/C 246/42)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti:“Scorify” UAB (Vilnjus, il-Litwanja) (rappreżentant: V. Viešūnaitė, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Scor SE (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bil-kuluri aħmar, abjad u blu skur “SCORIFY” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 214 521
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1639/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tikkunsidra bir-reqqa l-osservazzjonijiet bil-miktub inizjali tar-rikorrenti u l-motivi invokati minnha u tibdel id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO b’mod li tiddikjara l-fondatezza tal-appell ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO u, konsegwentement, tiċħad l-oppożizzjoni; |
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż kollha mħallsa u sostnuti mir-rikorrenti fis-sens tal-Artikoli 134, 139, 140 u 190 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |