This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0852
Case T-852/19: Action brought on 16 December 2019 – Albéa Services v EUIPO – dm-drogerie markt (ALBÉA)
Kawża T-852/19: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2019 – Albéa Services vs EUIPO – dm-drogerie markt (ALBÉA)
Kawża T-852/19: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2019 – Albéa Services vs EUIPO – dm-drogerie markt (ALBÉA)
ĠU C 68, 2.3.2020, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/44 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2019 – Albéa Services vs EUIPO – dm-drogerie markt (ALBÉA)
(Kawża T-852/19)
(2020/C 68/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Albéa Services (Gennevilliers, Franza) (rappreżentant: J.-H. de Mitry, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva ALBÉA – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 210 553 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 1480/2019-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata li annullat l-ewwel deċiżjoni tal-Bord tal-Appell sa fejn l-oppożizzjoni Nru B002522988 kontra l-applikazzjoni għal trade mark tar-rikorrenti f’isem Albéa Services ġiet miċħuda għall-oġġetti kollha fil-klassijiet 3, 8 u 21 u għal parti mill-oġġetti fil-klassijiet 16 u 20; |
— |
sussidjarjament, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata li annullat l-ewwel deċiżjoni tal-Bord tal-Appell sa fejn l-oppożizzjoni Nru B002522988 kontra l-applikazzjoni għal trade mark tar-rikorrenti f’isem Albéa Services ġiet miċħuda għall-oġġetti kollha fil-klassijiet 3, 8 u 21 u għal parti mill-oġġetti fil-klassijiet 16 u 20 u tibgħat lura l-każ quddiem il-Bord; |
— |
tordna l-ispejjeż favur ir-rikorrenti. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |