Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0507

Kawża C-507/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Törvényszék (l-Ungerija) fit-8 ta’ Ottubru 2020 – FGSZ Földgázszállító Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

ĠU C 28, 25.1.2021, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Törvényszék (l-Ungerija) fit-8 ta’ Ottubru 2020 – FGSZ Földgázszállító Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-507/20)

(2021/C 28/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pécsi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FGSZ Földgázszállító Zrt

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domanda preliminari

Prattika ta’ Stat Membru li abbażi tagħha, dan tal-aħħar, billi jinvoka l-effett ex tunc tat-tnaqqis tal-bażi taxxabbli applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas definittiv irregolat mill-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT (1), jikkalkula t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin li fih it-tnaqqis tal-bażi huwa possibbli, previst mil-leġiżlazzjoni ġenerali ta’ dan l-Istat Membru, mid-data meta l-kunsinna tal-oġġetti kienet inizjalment saret u mhux mill-mument meta dejn isir irrekuperabbli, u, billi jinvoka l-iskadenza ta’ dan it-terminu ta’ preskrizzjoni, iċaħħad lill-persuna taxxabbli b’bona fide mid-dritt tagħha, marbut mal-fatt li d-dejn sar definittivament irrekuperabbli, li tnaqqas il-bażi taxxabbli, f’ċirkustanzi fejn jistgħu jkunu għaddew diversi snin bejn id-data meta saret il-kunsinna tal-oġġetti u l-mument meta d-dejn sar definittivament irrekuperabbli, u li fihom il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru, fil-mument meta d-dejn sar definittivament irrekuperabbli, ma kinitx tippermetti, b’kontradizzjoni mad-dritt Komunitarju, it-tnaqqis tal-bażi taxxabbli marbuta man-natura definittivament irrekuperabbli ta’ dejn, hija kompatibbli mal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività, fid-dawl b’mod partikolari tal-punt 63 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-Kawża Biosafe – Indústria de Reciclagens (C-8/17, EU:C:2017:927), tal-punt 27 tas-sentenza tat-23 ta’ Novembru 2017, Di Maura (C-246/16, EU:C:2017:887), u tal-punt 36 tas-sentenza tat-22 ta’ Frar 2018, T-2 (C-396/16, EU:C:2018:109), kif ukoll tal-fatt li Stat Membru ma jistax jiġbor abbażi tal-VAT ammont superjuri minn dak effettivament miġbur mill-fornitur ta’ kunsinna jew servizz għall-kunsinna jew servizz inkwistjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006 L 347, p. 1).


Top
  翻译: