Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0515

Kawża C-515/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ottubru 2020 – B AG vs Finanzamt A

ĠU C 28, 25.1.2021, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ottubru 2020 – B AG vs Finanzamt A

(Kawża C-515/20)

(2021/C 28/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B AG

Konvenut: Finanzamt A

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ injam użat bħala ħatab, li jinsab fl-Artikolu 122 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-injam kollu li, fid-dawl tal-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, ikun intiż esklużivament li jintuża bħala ħatab?

2)

Stat Membru li jistabbilixxi, fuq il-bażi tal-Artikolu 122 tad-Direttiva 2006/112, rata mnaqqsa ta’ taxxa fir-rigward tal-kunsinni ta’ njam użat bħala ħatab, jista’ jiddefinixxi bi preċiżjoni l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din ir-rata, fis-sens tal-Artikolu 98(3) tad-Direttiva 2006/112, b’riferiment għan-Nomenklatura Magħquda?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: Stat Membru jista’ jeżerċita s-setgħa, mogħtija lilu mill-Artikolu 122 tad-Direttiva 2006/112 u mill-Artikolu 98(3) tad-Direttiva 2006/112, li jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rata mnaqqsa ta’ taxxa fir-rigward tal-kunsinni ta’ njam użat bħala ħatab b’riferiment għan-Nomenklatura Magħquda, b’osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, b’tali mod li jiġu suġġetti għal rati differenti ta’ taxxa l-kunsinni ta’ diversi tipi ta’ njam użat bħala ħatab f’sitwazzjoni fejn dawn it-tipi, għalkemm jistgħu jiġu distinti fuq il-bażi tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, f’għajnejn il-konsumatur medju għandhom, skont il-kriterju tal-kumparabbiltà fl-użu, l-istess utilità (f’dan il-każ, li jsaħħnu) u għalhekk jinsabu f’kompetizzjoni ma’ xulxin?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


Top
  翻译: