Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0619

Kawża C-619/20 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2020 minn International Management Group (IMG) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-645/19, IMG vs Il-Kummissjoni

ĠU C 28, 25.1.2021, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/31


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2020 minn International Management Group (IMG) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-645/19, IMG vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-619/20 P)

(2021/C 28/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: International Management Group (IMG) (rappreżentanti: L. Levi, J.-Y. de Cara, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-645/19;

konsegwentement, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq it-talba għal annullament u t-talba għad-danni;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti ssostni li, fid-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi qieset li l-ittra tat-18 ta’ Lulju 2019 ma hijiex att li jista’ jiġi kkontestat.


Top
  翻译: