This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0258
Case T-258/20: Action brought on 4 May 2020 — Klymenko v Council
Kawża T-258/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2020 – Klymenko vs Il-Kunsill
Kawża T-258/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2020 – Klymenko vs Il-Kunsill
ĠU C 222, 6.7.2020, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 222/28 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2020 – Klymenko vs Il-Kunsill
(Kawża T-258/20)
(2020/C 222/31)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: M. Phelippeau, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara r-rikors ta’ Oleksandr Viktorovytch Klymenko bħala ammissibbli; |
sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent,
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż b’applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tal-atti kkontestati. Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma osservax l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti kkontestati kemm fir-rigward tal-fondatezza tal-miżura kif ukoll fir-rigward tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll tal-protezzjoni legali effettiva u tal-verifiki mwettqa għal dan il-għan. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ żball ta’ evalwazzjoni tal-każ inkwistjoni u ta’ abbuż ta’ poter. Ir-rikorrent isostni li, fid-dawl tal-provi li ġew ippreżentati lilu, il-Kunsill seta’ biss jikkonstata n-nuqqas ta’ bażi fattwali suffiċjenti li tibbaża proċedura kriminali. Ir-rikorrent irrileva wkoll diversi ċirkustanzi ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu, li minnhom il-Kunsill ma wasal għal ebda konsegwenza. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali, sa fejn dawn l-atti ma ttiħdux b’osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif ukoll tad-dritt għal opportunitajiet ugwali għall-partijiet. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali, sa fejn l-Artikolu 29 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea ma jistax ikun bażi legali ammissibbli għall-miżura restrittiva adottata kontra r-rikorrent. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt fundamentali għall-osservanza tad-dritt tal-proprjetà. |