Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0299

Kawża T-299/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2020 – KF vs BEI

ĠU C 262, 10.8.2020, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/29


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2020 – KF vs BEI

(Kawża T-299/20)

(2020/C 262/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KF (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment tas-27 ta’ Jannar 2020 li ġiet ikkomunikata lir-rikorrenti permezz tal-posta elettronika fit-18 ta’ Frar 2020, li permezz tagħha r-rikorrenti ġiet informata li l-ilment tagħha abbażi tal-Proċedura ta’ Dinjità fuq il-Post tax-Xogħol kienet ġiet miċħuda;

tordna kumpens għad-dannu materjali subit;

tordna kumpens għad-dannu morali subit; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

2.

It-tieni motiv li jallega li d-deċiżjoni kkontestata hija manifestament illegali sa fejn taqbel mal-konklużjonijiet tal-Bord li ssostitwixxa l-evalwazzjoni tiegħu minflok l-evalwazzjoni tal-awtorità tal-ħatra.

3.

It-tielet motiv, li jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni, interpretazzjoni żbaljata mill-Bord tal-kunċett legali ta’ fastidju, u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura.

1.

Ir-raba’ motiv, li jallega ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura.

4.

Ir-rikorrenti tqis ukoll li l-illegalitajiet imwettqa fl-appell jammontaw għal nuqqasijiet imwettqa mill-konvenut. B’hekk l-appellanti titlob kumpens għad-danni materjali u morali subiti minnha minħabba d-deċiżjonijiet ikkontestati.


Top
  翻译: