This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0001
Case C-1/21: Request for a preliminary ruling from the Administrativen sad Veliko Tarnovo (Bulgaria) lodged on 4 January 2021 — MC v Direktor na Direktsia ‘Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika’ — Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Kawża C-1/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Jannar 2021 – MC vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Kawża C-1/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Jannar 2021 – MC vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
ĠU C 88, 15.3.2021, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Jannar 2021 – MC vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-1/21)
(2021/C 88/24)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Veliko Tarnovo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: MC
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Domandi preliminari
1) |
L-interpetazzjoni konġunta tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni li saret fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 8, p. 57) u tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) tippermetti, fil-qasam armonizzat tal-VAT, strument tad-dritt nazzjonali bħal dak previst fid-dispożizzjoni nazzjonali tal-Artikolu 19(2) tad-Danachno-osiguritelen protsesualen kodeks (il-Kodiċi Proċedurali fil-Qasam tat-Taxxa u tas-Sigurtà Soċjali, iktar ’il quddiem id-“DOPK”), li l-applikazzjoni tiegħu twassal għat-tnissil sussegwenti ta’ responsabbiltà in solidum għal persuna fiżika li ma hijiex persuna taxxabbli, li ma hijiex responsabbli għall-ħlas tal-VAT iżda li l-aġir diżonest tagħha wassal sabiex ma titħallasx il-VAT mill-persuna ġuridika li hija persuna taxxabbli u li kienet responsabbli għall-ħlas tal-VAT? |
2) |
L-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità jippermettu strument tad-dritt nazzjonali, previst fid-dispożizzjoni tal-Artikolu 19(2) tad-DOPK, li jipprovdi għal interessi moratorji fir-rigward tal-VAT li ma tkunx tħallset fil-ħin mill-persuna taxxabbli? |
3) |
Imur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità strument tad-dritt nazzjonali, previst fid-dispożizzjoni tal-Artikolu 19(2) tad-DOPK, f’sitwazzjoni fejn il-ħlas tardiv tal-VAT, li ta lok għal interessi fuq id-dejn tal-VAT, ma jkunx dovut għall-aġir tal-persuna fiżika li ma hijiex persuna taxxabbli iżda għall-aġir ta’ terz jew għall-fatt li jseħħu ċirkustanzi oġġettivi? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.