Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0670

Kawża C-670/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Novembru 2021 – BA vs Finanzamt X

ĠU C 64, 7.2.2022, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Novembru 2021 – BA vs Finanzamt X

(Kawża C-670/21)

(2022/C 64/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BA

Konvenut: Finanzamt X

Domanda preliminari

L-Artikoli 63(1), 64 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru dwar il-ġbir tat-taxxa fuq is-suċċessjoni li tipprevedi, għall-kalkolu ta’ din it-taxxa, li proprjetà immobbli mibnija li tagħmel parti minn patrimonju privat u li tinsab f’pajjiż terz (f’dan il-każ, il-Kanada) u li hija mikrija għal użu ta’ abitazzjoni, tittieħed inkunsiderazzjoni fil-valur totali tagħha, filwaqt li proprjetà immobbli li tagħmel parti minn patrimonju privat, li tinsab fit-territorju nazzjonali, fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew fi Stat taż-Żona Ekonomika Ewropea, u li hija mikrija għal użu ta’ abitazzjoni, tittieħed inkunsiderazzjoni biss f’90 % tal-valur tagħha fil-kalkolu tat-taxxa fuq is-suċċessjoni?


Top
  翻译: