This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0046
Case T-46/21: Action brought on 26 January 2021 — El Corte Inglés v EUIPO — Yajun (PREMILITY)
Kawża T-46/21: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Yajun (PREMILITY)
Kawża T-46/21: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Yajun (PREMILITY)
ĠU C 88, 15.3.2021, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/40 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Yajun (PREMILITY)
(Kawża T-46/21)
(2021/C 88/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Liu Yajun (Shenzhen, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “PREMILITY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 899 016
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 881/2020-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn iċ-ċaħda tal-appell tal-persuna li ressqet oppożizzjoni tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni mogħtija fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 3 065 346, li jwassal sabiex tingħata t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 899 016 PREMILITY (figurattiva) għall-prodotti fil-klassijiet 11, 21, 22, 28 li ntalbet għalihom |
— |
tikkundanna lill-parti jew il-partijiet li jopponu għal dan ir-rikors għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 47(2) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenza tal-11 ta’ Marzu 2003, C-40/01, Ansul, EU:C:2003:145; |
— |
Inkoerenza tad-deċiżjoni u, għaldaqstant, ksur tal-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2020 fil-Kawża C-115/19 P, China Construction Bank vs EUIPO (C-115/19 P, EU:C:2020:469) u fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2020, Cinkciarz.pl vs EUIPO – MasterCard International (We IntelliGence the World et) (T-84/19 u T-88/19 sa T-98/19, EU:T:2020:231). |