Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0093

Kawża T-93/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2022 – Ramazani Shadary vs Il-Kunsill

ĠU C 148, 4.4.2022, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 148, 4.4.2022, p. 36–36 (GA)

4.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/43


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2022 – Ramazani Shadary vs Il-Kunsill

(Kawża T-93/22)

(2022/C 148/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Emmanuel Ramazani Shadary (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2181 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), sa fejn hija żżomm lir-rikorrent fin-Nru 9 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2177 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (2), sa fejn huwa jżomm lir-rikorrent fin-Nru 9 tal-anness ta’ dan ir-regolament;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-90/22, Kande Mupompa vs Il-Kunsill.


(1)  ĠU 2021, L 443, p. 75.

(2)  ĠU 2021, L 443, p. 5.


Top
  翻译: