This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0323
Case T-323/22: Action brought on 27 May 2022 — PH and Others v ECB
Kawża T-323/22: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2022 – PH et vs BĊE
Kawża T-323/22: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2022 – PH et vs BĊE
ĠU C 318, 22.8.2022, p. 41–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 318/41 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2022 – PH et vs BĊE
(Kawża T-323/22)
(2022/C 318/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PH, PI, PJ, PK (rappreżentanti: D. Hillemann, C. Fischer u T. Ehls, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla ex tunc id-Deċiżjoni ECB-SSM-2022-EN-4 QLF-2020-0037 tal-BĊE tat-22 ta’ Marzu 2022 dwar l-oġġezzjoni għall-akkwist ta’ ishma kkwalifikati u l-qbiż ta’ 50 % tal-kapital u tad-drittijiet tal-vot, innotifikata fl-istess data; |
— |
tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħdax-il motiv.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 2c, paragrafu 1b, Nru 1 tal-Kreditwesengesetz (il-Liġi is-Settur tal-Kreditu, iktar 'il quddiem il-“KWG”) (1) fir-rigward ta’ “affidabbiltà”.
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq applikazzjoni ġuridikament żbaljata tal-Artikolu 2c, paragrafu 1b, Nru 4 KWG fir-rigward tal-“kompetenza professjonali”.
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq applikazzjoni ġuridikament żbaljata tal-Artikolu 2c paragrafu 1b Nru 6 KWG fir-rigward tas-“solidità finanzjarja”.
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq applikazzjoni ġuridkament żbaljata tal-Artikolu 2c, paragrafu 1b, Nru 2 KWG fir-rigward tal-“osservanza tar-rekwiżiti prudenzjali”.
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq applikazzjoni ġuridikament żbaljata tal-Artikolu 2c, paragrafu 1b, Nru 5 KWG fir-rigward ta’ suspett ta’ ħasil ta' flus u finanzjament tat-terroriżmu.
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 19 u tal-premessa 75 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (2), fuq użu ħażin ta’ poter u fuq żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ raġuni għal rifjut ta’ permess sabiex jiġi akkwistat il-bank kkonċernat.
|
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-fatti rilevanti u żbalji ta’ evalwazzjoni.
|
8. |
It-tmien motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
|
9. |
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligi ta’ premura u ta’ imparzjalità.
|
10. |
L-għaxar motiv, ibbażat fuq ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni.
|
11. |
Il-ħdax-il motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
|
(1) Gesetz über das Kreditwesen: ir-riferimenti għal din il-leġiżlazzjoni Ġermaniża jinsabu fir-rikors.