This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0695
Case T-695/22: Action brought on 12 November 2022 — Khayamedia v Commission
Kawża T-695/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Khayamedia vs Il-Kummissjoni
Kawża T-695/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Khayamedia vs Il-Kummissjoni
ĠU C 24, 23.1.2023, p. 53–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/53 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Khayamedia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-695/22)
(2023/C 24/72)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Khayamedia Comércio Internacional de Eventos Desportivos, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira [Żona Ħielsa ta’ Madeira] (ZFM) – Reġim III; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22, Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.