This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0248
Case C-248/23, Novo Nordisk: Request for a preliminary ruling from the Fővárosi Törvényszék (Hungary) lodged on 18 April 2023 — Novo Nordisk AS v Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Kawża C-248/23, Novo Nordisk: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-18 ta’ April 2023 – Novo Nordisk AS vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Kawża C-248/23, Novo Nordisk: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-18 ta’ April 2023 – Novo Nordisk AS vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
ĠU C 235, 3.7.2023, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-18 ta’ April 2023 – Novo Nordisk AS vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-248/23, Novo Nordisk)
(2023/C 235/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Novo Nordisk AS
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Domanda preliminari
L-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha, impriża farmaċewtika li twettaq ex lege ħlasijiet lill-korp ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Istat abbażi tad-dħul mill-bejgħ miksub minn prodotti farmaċewtiċi li jibbenefikaw minn finanzjament pubbliku ma għandhiex dritt tnaqqas a posteriori l-valur taxxabbli, minħabba l-fatt li l-ħlasijiet jitwettqu ex lege, li jistgħu jitnaqqsu mill-bażi tal-obbligu ta’ ħlas kemm il-ħlasijiet imwettqa skont kuntratt dwar il-volum tal-finanzjament kif ukoll l-investimenti magħmula mill-impriża f’riċerka u fi żvilupp fis-settur tas-saħħa u li l-ammont dovut huwa miġbur mill-awtorità tat-taxxa tal-Istat, li tittrasferixxi dan l-ammont immedjatament lill-korp ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Istat?
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.