Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/042/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5474 — Lagardère/Sumitomo/HFG) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 42, 20.2.2009, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5474 — Lagardère/Sumitomo/HFG)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 42/08)

1.

Fit-13 ta' Frar 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Lagardère SCA (“Lagardère”), permezz is-sussidjarja tagħha Hachette Filippacchi Press (“HFP”, it-tnejn li huma fi Franza) u Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun), jakkwistaw skond it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża Hachette FujinGaho (“HFG”, il-Ġappun) permezz ta' xiri ta' ishma. L-HFG bħalissa hi kkontrollata kollha kemm hi mill-HFP.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Lagardère: il-Lagardère hi grupp għall-midja dinjija li għandha l-kwartieri ġenerali fi Franza u elenkata fil-borża ta' Pariġi. Il-Lagardère hi primarjament attiva fis-setturi bħall-ippubblikar tal-kotba u tar-rivisti; ix-xandir għar-radju u għat-TV; il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films u tal-programmi televiżivi; ir-reklamar għall-bejgħ tas-senserija; l-ippubblikar tas-siti tal-internet bejgħ bl-imnut f'postijiet tal-ivjaġġar; u s-senserija u l-ġestjoni tad-drittijiet li huma relatati mal-isports,

għal HFP: l-HFP hi impriża li tippubblika madwar id-dinja kollha rivisti għall-konsumaturi. l-HFP hi mdaħħla wkoll fil-bejgħ tal-ispazju għar-reklamar għaliha nnifisha u kif ukoll għall-partijiet terzi,

għal Sumitomo: Sumitomo hi l-kumpanija ewlenija tas-Sumitomo Corporation Group u hi kumpanija kummerċjali integrata li tipprovdi firxa komprensiva ta' servizzi fil-Ġappun u madwar id-dinja, inklużi l-Asja, l-Istati Uniti u l-Ewropa,

għal HFG: l-HFG bħalissa hi attiva fl-ippubblikar tar-rivisti tal-moda għan-nisa u tal-istil tal-ħajja u pubblikazzjonijiet stampati u fuq is-sit tal-internet fil-Ġappun. L-HFG se tiżviluppa attivitajiet addizzjonali, bħall-bejgħ b'distanza tal-prodotti tal-moda għan-nisa.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5474 — Lagardère/Sumitomo/HFG, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top
  翻译: