Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/249/08

Avviż ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping

ĠU C 249, 17.10.2009, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/18


Avviż ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping

2009/C 249/08

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Il-proċedura

Il-produtturi Komunitarji jistgħu jagħmlu talba għal reviżjoni bil-miktub. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri tista' twassal għat-tkomplija jew għall-okkorrenza mill-ġdid ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi Komunitarji mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għal reviżjoni.

3.   Il-limitu ta' żmien

Il-produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, liema talba għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 04/92, B-1049 Brussell (2) wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż preżenti iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.

Il-prodott

Pajjiż(i) ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza

Fibri prinċipali tal-polijester

Repubblika tal-Korea

Dazju kontra d-dumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2852/2000 (ĠU L 332, 28.12.2000, p. 17) kif emendat l-aħħar bir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 412/2009 (ĠU L 125, 21.5.2009, p. 1)

18.3.2010


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  Faks +32 22956505.


Top
  翻译: