This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2010/019/09
Recruitment notice PE/121/S
Avviż ta' Reklutaġġ PE/121/S
Avviż ta' Reklutaġġ PE/121/S
ĠU C 19, 26.1.2010, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/30 |
Avviż ta' Reklutaġġ PE/121/S
2010/C 19/09
Il-Parlament qed jorganizza proċedura ta' għażla:
— |
PE/121/S – Aġent temporanju – Assistent (AST 5) fil-qasam tal-bini. |
Din il-proċedura ta' għażla teħtieġ livell ta' edukazzjoni għolja ċertifikat b'diploma fil-qasam tat-tekniki tal-bini ta' dewmien minimu ta' sentejn.
jew
Livell ta' edukazzjoni sekondarja muri b'ċertifikat li jagħti aċċess għall-edukazzjoni għolja flimkien ma' esperjenza professjonali f'qasam relatat man-natura tal-funzjonijiet ta' mill-inqas tliet snin.
Il-kandidati, sad-data ta' skadenza għat-tressiq tal-kandidaturi u wara t-titoli msemmija hawn fuq, għandhom ikunu kisbu esperjenza minima ta' 9 snin relatata man-natura tal-funzjonijiet.
Dan l-avviż ta' reklutaġġ huwa ppubblikat biss bil-Franċiż. It-test integrali jinsab fil-Ġurnal Uffiċjali C 19 A f'din il-lingwa.