Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/137/10

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

ĠU C 137, 27.5.2010, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/25


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

2010/C 137/10

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Franza

Il-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika l-karatteristiċi tad-disinji tal-muniti tal-euro ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet adottati rigward dan is-suġġett mill-Kunsill fl-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprevedi l-ħruġ ta' muniti euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti euro kommemorattivi maħsubin għaċ-ċirkolazzjoni b’ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn simboliku qawwi kommemorattiv fil-livell nazzjonali jew Ewropew.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Franza

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: L-Appell li kien għamel il-Ġeneral de Gaulle fit-18 ta' Ġunju 1940 minn Londra permzz tal-BBC, li serva tassew ta' pedament għar-Reżistenza Franċiża.

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti interna tal-munita turi lil Ġeneral de Gaulle, bl-uniformi, bla beritta, waqt li qed jaqra l-Appell, li fuqu mdaħħla bi ħsieb, indikazzjoni li tati ħjiel tal-pajjiż “RF”, quddiem mikrofonu li huwa karratteristiku tal-epoka. Fuq nett id-data tal-ħruġ “2010” u taħtha “70 ANS” u “APPEL 18 JUIN”.

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Il-kwantità ta’ muniti maħruġin: 20 miljun biċċa

Id-data tal-ħruġ: Ġunju 2010


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 dwar l-uċuħ nazzjonali kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.01.2009, p. 52).


Top
  翻译: