This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2009/037/02
Initiation of proceedings (Case COMP/M.5335 — Lufthansa/SN Holding (Brussels Airlines)) Text with EEA relevance
Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.5335 — Lufthansa/SN Holding (Brussels Airlines)) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.5335 — Lufthansa/SN Holding (Brussels Airlines)) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 37, 14.2.2009, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/5 |
Bidu ta' proċeduri
(Każ COMP/M.5335 — Lufthansa/SN Holding (Brussels Airlines))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 37/02)
Fis-26 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta' hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5335 — Lufthansa/SN Holding (Brussels Airlines), fl-indirizz li ġej:
Kummissjoni Ewropea |
Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet |
J-70 |
B-1049 Bruxelles/Brussell |