This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0010
Case C-10/13: Request for a preliminary ruling from the Fővárosi Munkaügyi Bíróság (Hungary) lodged on 8 January 2013 — Csilla Sajtos v Budapest Főváros VI Ker. Önkormányzata
Kawża C-10/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit- 8 ta’ Jannar 2013 — Csilla Sajtos vs Budapest Főváros VI. Kerület Önkormányzata
Kawża C-10/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit- 8 ta’ Jannar 2013 — Csilla Sajtos vs Budapest Főváros VI. Kerület Önkormányzata
ĠU C 147, 25.5.2013, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Jannar 2013 — Csilla Sajtos vs Budapest Főváros VI. Kerület Önkormányzata
(Kawża C-10/13)
2013/C 147/02
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Csilla Sajtos
Konvenuta: Budapest Főváros VI. Kerület Önkormányzata
Domandi preliminari
(1) |
Fid-dawl tal-Artikolu 6(3) tat-[Trattat tal-Unjoni Ewropea], id-dritt għall-protezzjoni kontra kull tkeċċija mhux iġġustifikata għandu jitqies bħala dritt fundamentali li, inkwantu prinċipju ġenerali, huwa parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea u għandu jiġi applikat bħala regola tad-dritt primarju tal-Unjoni? |
(2) |
Jekk tingħata risposta fl-affermattiv, tali dritt għandu jingħata wkoll lill-uffiċjali? |