31994D0149



Official Journal L 066 , 10/03/1994 P. 0029 - 0029
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0110
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0110


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-7 ta' Marzu 1994

li temenda d- Deċizjoni 93/350/Euratom, KEFA, KEE li temenda d-Deċizjoni 88/591/KEFA, KEE, Euratom li tistabbilixxi Qorti ta' Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

(94/149/KEFA, KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċizjoni ta' l-Kunsill, 93/350/Euratom, KEFA, KEE tat-8 ta' Ġunju 1993 li temenda d-Deċizjoni 88/591/KEFA, KEE, Euratom li tistabbilixxi Qorti ta' Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [1], u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi, skond id-Deċiżjoni 88/591/KEFA, KEE, Euratom [2], kif hekk emendata, l-Qorti ta' Prim' Istanza għandha ġurisdizzjoni li tisma u tiddeċiedi kważi kull azzjoni miġjuba minn persuni naturali jew ġuridici;

Billi, madankollu, fir-rigward ta' miżuri ta' protezzjoni tal-kummerċ meħuda taħt it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea f'kazijiet ta' dumping u sussidji, d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 93/350/Euratom, KEFA, KEE ġie pospost;

Billi, fid-dawl ta' żviluppi li seħħew minn dak iż-żmien, id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-parti tad- Deċiżjoni hawn fuq imsemmija teħtieġ tiġi determinata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

"madankollu, fir-rigward ta' azzjonijiet miġjuba minn persuni naturali jew ġuridici skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 33, l-Artikolu 35 u l-ewwel u it-tieni paragrafi ta' l-Artikolu 40 tat-Trattat tal-KEFA u li jikkonċernaw atti dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 74 ta' l-imsemmi Trattat u fir-rigward ta' azzjonijiet miġjuba minn persuni naturali jew ġuridici skond ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 173, it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 175 u l-Artikolu 178 tat-Trattat tal-l-KE u li għandhom x'jaqsmu ma' miżuri biex jipproteġu il-kummerċ fis-sens ta' l-Artikolu 113 ta' dak it-Trattat f'każ ta' dumping u sussidji, id-dħul fis-seħħ tiegħu għandu jkun stabbilit għall-15 ta' Marzu 1994."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, is-7 Marzu 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

Th. Pangalos

[1] ĠU L 144, tas-16.6.1993, p. 21.

[2] ĠU L 319, tal-25.11.1988, p. 1.

--------------------------------------------------

  翻译: