Official Journal L 216 , 14/08/1999 P. 0008 - 0012
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 1999 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/280/KE rigward proċedura tal-Komunità għal informazzjoni u konsultazzjoni fuq il-kost tal-provvista ta’ żejt mhux maħdum u tal-prezzijiet tal-prodotti tal-petroleum għall-konsumatur (notifikata taħt id-dokument bin-numru C(1999) 1701) [1] (1999/566/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/280/KE dwar proċedura tal-Komunità għal informazzjoni u konsultazzjoni fuq il-kost tal-provvista ta’ żejt mhux maħdum u tal-prezzijiet tal-prodotti tal-petroleum għall-konsumatur [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha, (1) Billi huwa mixtieq li l-Istati Membri jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fid-Deċizjoni 1999/280/KE b’tali mod li din tagħti l-iktar stampa rappreżentattiva possibbli tas-suq taż-żejt f’kull Stat Membru; (2) Billi din l-informazzjoni għandha tkun pubblikata f’forma li hija xierqa; (3) Billi l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar l-informazzjoni miġbura; (4) Billi huwa meħtieġ li jiġu standardizzati l-aspetti tekniċi tas-sistema ta’ informazzjoni; billi l-informazzjoni li għandha tkun komunikata għandha għalhekk tkun definita; (5) Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 77/190/KEE [3], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, stabbiliet kwestjonarji mudell li permezz tagħhom l-Istati Membri huma meħtieġa jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni fuq il-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti tal-petroleum fil-Komunità; billi, peress li dawk il-kwestjonarji mudell għandhom jiġu sostitwiti bi preżentazzjoni ġdida li tikkonforma mat-tifsiriet li hemm f’din id-Deċiżjoni, dan iwassal biex id-Deċiżjoni 77/190/KEE tkun imħassara, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-informazzjoni li għandha tingħadda lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/280/KE għandha tinġabar skond it-tifsiriet stabbiliti fl-Anness. Artikolu 2 F’konformità ma’ l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/280/KE, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni ta’ kull ġimgħa u ta’ kull xahar li tkun ġiet ikkomunikata mill-Istati Membri f’pubblikazzjoni li għandha tissejjaħ "Il-Bullettin taż-Żejt". Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan grupp ta’ ħidma magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri biex f’intervalli regolari jkunu jistgħu jiskambjaw ideat fuq l-informazzjoni miġbura u ppubblikata skond id-Deċiżjoni 1999/280/KE. Artikolu 4 Id-Deċiżjoni 77/190/KEE hija b’dan mħassra. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fis-26 ta’ Lulju 1999. Għall-Kummissjoni Christos Papoutsis Membru tal-Kummissjoni [1] (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) [2] ĠU L 110, tat-28.4.1999, p. 8. [3] ĠU L 61, tal-5.3.1977, p. 34. -------------------------------------------------- L-ANNESS Tifsir ta’ l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet: 1. Il-kost tal-provvista ta’ żejt mhux maħdum ta’ kull xahar (cif); 2. Il-prezzijiet tal-prodotti tal-petroleum għall-konsumatur, kemm dawk netti kif ukoll dawk li jinkludu d-dazji u t-taxxi, li jkunu fis-seħħ fil-15-il jum ta’ kull xahar; 3. Il-prezzijiet netti tal-prodotti tal-petroleum li jkunu fis-seħħ kull nhar ta’ Tnejn. It-tifsira tal-kost tal-provvista ta’ żejt mhux maħdum ta’ kull xahar (cif) Il-linji 1 u 2 jikkonċernaw il-provvista totali kollha fix-xahar konċernat. "Il-kost tal-provvista" tfisser il-kost ta’ l-importazzjonijiet ta’ żejt mhux maħdum, it-twassil ta’ l-importazzjonijiet minn Stati Membri oħra u ż-żejt mhux maħdum prodott fl-Istat Membru. "Importazzjonijiet" tfisser iż-żejt mhux maħdum kollu li jidħol fil-Komunità għal għanijiet li ma jkunux dawk ta’ transitu, u maħsub biex ikopri l-ħtiġiet ta’ Stat Membru. "Twassil ta’ importazzjonijiet" tfisser iż-żejt mhux maħdum kollu li jidħol fit-territorju ta’ Stat Membru minn Stat Membru ieħor għall-għanijiet, għajr it-transitu, biex ikopri l-bżonnijiet ta’ l-Istat Membru. "Żejt mhux maħdum prodott fl-Istat Membru" tfisser iż-żejt prodott u raffinat fl-Istat Membru konċernat, li l-produzzjoni tiegħu tkun aktar minn 15 % tal-provvista annwali tiegħu ta’ żejt mhux maħdum. "Il-kostmedju cif" tfisser il-kost medju ppeżat ta’ kull xahar tal-provvista kollha ta’ żejt mhux maħdum. Il-prezz cif jinkludi l-prezz fob (il-prezz attwalment addebitat fil-port tat-tagħbija), l-ispiża tat-trasport, assigurazzjoni u ċerti ħlasijiet oħra marbuta ma’ operazzjonjiet ta’ trasferiment ta’ żejt mhux maħdum. Il-valur ta’ l-importazzjoni taż-żejt mhux maħdum prodott fi Stat Membru għandu jiġi kalkolat bħala mħallas sal-port minn fejn jitlaq jew sal-fruntiera, i.e. sal-mument meta ż-żejt mhux maħdum jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni doganali tal-pajjiż li qed jimporta. Il-kost medju cif għandha tkun ikkowata f’dollari mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jgħaddu t-Tabella 1 lill-Kummissjoni fi żmien xahar mit-tmiem tax-xahar konċernat. L-informazzjoni mgħoddija tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni fil-Bullettin taż-Zejt f’dollari u euro. Ir-rata tal-kambju ta’ kull xahar għall-Euro rigward id-Dollaru għandha tkun stabbilita f’.konformità mar-rata tal-kambju tas-suq uffiċjali [1] +++++ TIFF +++++ Id-definizzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti tal-karburant għall-konsumatur li jkunu fis-seħħ fil-15-il jum ta’ kull xahar Kull waħda mil-linji 1 sa 7 (dawn it-tnejn inklużi) hija dwar informazzjoni fuq il-prezzijiet tal-prodotti tal-karburant għall-konsumatur għal ċerti kategoriji ta’ konsumaturi f’data partikolari. "Prezzijiet għal ċerti kategoriji ta’ konsumatur" tfisser: - Prezzijiet tal-pompa fil-każ ta’ karburanti li jintużaw għat-trasport fit-toroq; - Prezzijiet ta’ twassil għal konsumaturi żgħar, i.e. għal twassil ta’ 2000 sa 5000 litru fil-każ ta’ karburanti li jintużaw għas-sħana fid-djar (gas oil għas-sħana); għal konsenji ta’ inqas minn 2000 litru is-settur industrijali jista’ jiġi kunsidrat ukoll; - Prezzijiet ta’ twassil għal konsenji ta’ inqas minn 2000 tunnellata metrika fix-xahar jew inqas minn 24000 tunnellata metrika fis-sena fil-każ ta’ karburanti industrijali. Prezzijiet attwali tfisser il-prezzijiet veri għall-konsumatur li jkunu fis-seħħ fil-15-il jum ta’ kull xahar: - Il-prezzijiet attawali medji għal kull wieħed mill-prodotti msemmija fil-linji 1 sa 7 (dawn it-tnejn inklużi) tfisser il-prezzijiet li jkunu mitluba l-aktar ta’ spiss, i.e. il-medja ppeżata tas-serje ta’ prezzijiet, kemm dawk netti u kemm dawk li jkunu jinkludi t-taxxi. L-informazzjoni mgħoddija għandha tiġi ppubblikata fil-Bullettin taż-Zejt f’valuti nazzjonali u f’ewro. Ir-rati tal-kambju ta’ l-ewro kunsidrati għandhom ikunu dawk li ġew stabbiliti fil-31 ta’ Diċembru 1998 fil-każ ta’ pajjiżi msieħba fiż-żona ta’ l-Ewro; fil-każ tal-Istati l-oħra ir-rati għandhom ikunu dawk ippubblikati fil-15-il jum tax-xahar mill-Bank Ċentrali Ewropew. +++++ TIFF +++++ Id-definizzjoni tal-prezzijiet netti (id-dazji u t-taxxi mhumiex inklużi) li jkunu fis-seħħ kull nhar ta’ Tnejn L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard min-nofsinnhar tat-Tlieta l-informazzjoni li tikkonċerna l-prezzijiet netti tal-prodotti tal-petroleum (id-dazji u t-taxxi ma jkunux inklużi) li jkunu fis-seħħ kull nhar ta’ Tnejn. "Prodotti tal-karburant" tfisser: Petroleum tal-magni - petrol biċ-ċomb primjum - Euro super 95 - gas oil tal-karozzi - LPG Petroleum li jintużaw għas-sħana fid-djar: - gas oil li jintuża għas-sħana Petroleum industrijali: - petroleum li jkollhom kontenut ta’ sulphur iktar minn 1 % - petroleum li jkollhom kontenut ta’ ugwali għal jew inqas minn 1 %. "Prezzijiet għal ċerti kategoriji ta’ konsumatur" tfisser: - il-prezzijiet tal-pompa kull 1000 litru fil-każ ta’ petroleum li jintużaw għas-sewqan fit-toroq; - prezzijiet ta’ twassil għall-konsumatur kull 1000 litru fil-każ ta’ petroleum li jintużaw għas-sħana fid-djar (gas oil li jintuża għas-sħana), i.e. għal twassil ta’ bejn 2000 sa 5000 litru; għal konsenji ta’ inqas minn 2000 litru is-settur industrijali jista’ jiġi kunsidrat ukoll; - prezzijiet ta’ twassil għall-konsumatur għal konsenji ta’ inqas minn 2000 tunnellata metrika fix-xahar jew inqas minn 24000 tunnellata metrika kull sena f’każ ta’ petroleum industrijali. Il-prezzijiet netti komunikati mill-Istati Membri jkunu l-prezzijiet li jkunu mitluba l-aktar ta’ spiss, ibbażati fuq medja ppeżata. Fi Stati Membri li fihom mħażen kbar ikopru aktar minn 20 % tal-konsum intern, il-prezzijiet mitluba minn dawn għandhom ikunu kkunsidrati. Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni kull ġimgħa fil-Bullettin taż-Zejt fil-valuti nazzjonali u f’ewros. Ir-rati tal-kambju ta’ l-ewro kunsidrati għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-31 Diċembru 1998 fil-każ ta’ pajjiżi msieħba fiż-żona ta’ l-ewro; fil-każ ta’ l-Istati l-oħra r-rati għandhom ikunu dawk ippubblikati kull nhar ta’ Tnejn fis-2.15 p.m. mill-Bank Ċentrali Ewropew. L-informazzjoni li tikkonċerna l-prezzijiet netti mingħajr dazji u taxxi ta’ kull ġimgħa ma għandhiex tiġi ppubblikata jekk id-dipartimenti tal-Kummissjoni jkunu magħluqa. Jekk it-Tnejn tinzerta tkun btala pubblika f’xi Stat Membru, il-pubblikazzjoni tista’ tiġi posposta sa l-Erbgħa fuq it-talba ta’ l-Istat Membru. [1] Ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea, serje C. --------------------------------------------------