15.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 402/5


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1984

tal-15 ta’ Novembru 2021

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u meta jitqies t-tibdil reċenti fil-Gvern Sirjan, jenħtieġ li jiżdiedu erba’ persuni mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. L-informazzjoni relatata ma’ ħames persuni diġà elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni):

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“312.

Amr SALEM

(عمرو سالم)

Data tat-twelid: Jannar 1958;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

Sess: raġel

Ministru għall-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Maħtur f’Awwissu 2021.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

15.11.2021

313.

Boutros AL-HALLAQ

(بطرس الحلاق)

Post tat-twelid: Il-kampanja ta’ Damasku, is-Sirja;

Sess: raġel

Ministru għall-Informazzjoni. Maħtur f’Awwissu 2021.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

15.11.2021

314.

Mohammad SEIFEDDINE

(magħruf ukoll bħala Seif Eddin, Seif El Din)

(محمد سيف الدين)

Sess: raġel

Ministru għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali. Maħtur f’Awwissu 2021.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

15.11.2021

315.

Diala BARAKAT

(ديالا بركات)

Data tat-twelid: 1980;

Sess: mara

Ministru tal-Istat. Maħtura f’Awwissu 2021.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

15.11.2021”

(2)

Fit-Taqsima A (“Persuni”), l-entrati li ġejjin huma sostitwiti kif ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

‘167.

Dr. Jassem Mohammad ZAKARIA

(magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed, Jasem)

Data tat-twelid: 1968

Sess: raġel;

Eks Ministru għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

229.

Abdullah ABDULLAH

(عبدالله عبدالله)

Data tat-twelid: 1956;

Sess: raġel

Ministru tal-Istat. Maħtur f’Awwissu 2021.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

259.

Imad Abdullah SARA

(عماد عبدالله صارة)

Data tat-twelid: 1968;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Ministru għall-Informazzjoni. Maħtur f’Jannar 2018.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

26.2.2018

296.

Talal AL-BARAZI (magħruf ukoll bħala Barazi)

(طلال البرازي)

Data tat-twelid: 1963;

Post tat-twelid: Il-belt ta’ Hama, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Ministru għall-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2020

309.

Malloul (magħruf ukoll bħala Maloul) HUSSEIN (magħruf ukoll bħala AL-HUSSEIN)

(ملول حسين)

Data tat-twelid: 1950;

Post tat-twelid: Il-Governorat ta’ Al-Hasakah, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Ministru tal-Istat.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

6.11.2020”


  翻译: