27.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/85 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2011
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2009
(2011/556/UE, Euratom)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010) 963 — C7-0211/2010) (2), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2009, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2008 (COM(2010) 650), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dak ir-rapport ((SEC(2010) 1437 u SEC(2010) 1438), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2009” (COM(2010) 281), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2009 (COM(2010) 447), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SEC(2010) 994), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (4), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009 (05893/2011 — C7-0054/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), kif emendat bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (6) u (KE) Nru 1525/2007 (7), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jistabbilixxi l-istatut għall-aġenziji esekuttivi li jkunu fdati b'ċerti xogħlijiet fl-immaniġġjar tal-programmi tal-Komunità (9), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għall-ġestjoni ta’ ċerti oqsma tal-programmi Komunitarji speċifiċi Nies, Kapaċitajiet u Kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (10), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0134/2011), |
A. |
billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit u tiġġestixxi programmi u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’koperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabilità tagħha stess, wara li jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ tmexxija finanzjarja tajba, |
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009; |
2. |
Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III — Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III — Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Jerzy BUZEK
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
(3) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 90.
(4) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
(7) ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.
(9) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(10) ĠU L 11, 15.1.2008, p. 9.