14.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 231/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1231
tat-13 ta' Settembru 2018
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509. |
(2) |
Fit-8 ta' Awwissu 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU emenda l-annotazzjoni ta' entità waħda soġġetta għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BOGNER-STRAUSS
ANNESS
Fl-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509, entrata 71 taħt l-intestatura “(b) Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi” tinbidel b'dan li ġej:
|
Isem |
Magħruf ukoll bħala |
Post |
Data tad-deżinjazzjoni min-NU |
Informazzjoni oħra |
“71. |
PRO-GAIN GROUP CORPORATION |
|
|
30.3.2018 |
Kumpannija li tappartjeni lil Tsang Yung Yuan jew ikkontrollata minnu u involuta fi trasferimenti illeċiti ta' faħam tar-RDPK.”. |