22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/2 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2167
tal-5 ta' Lulju 2017
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina progressivament l-iskartar tal-ħut fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid. |
(2) |
Skont l-Artikolu 15(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu tal-ħatt l-art japplika fl-Ilmijiet tal-Lbiċ għall-ispeċijiet li jiddefinixxu s-sajd mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2017. |
(3) |
Sabiex jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 (2), stabbilixxa pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ għall-perjodu 2016-2018, wara rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Belġju, minn Spanja, minn Franza, min-Netherlands u mill-Portugall fl-2016. |
(4) |
Il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Portugall għandhom interess ta' ġestjoni tas-sajd dirett fl-ilmijiet tal-Lbiċ. Fit-2 ta' Jannar 2017, dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Lbiċ. |
(5) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissupplimenta l-pjan għall-iskartar stabbilit bir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 u tkopri s-sajd għaċ-ċinturin iswed fid-diviżjonijiet VIIIa, IX u X tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni) u fiż-żona 34.1.2 tas-CECAF (il-Kumitat tas-Sajd għal-Lvant Ċentrali tal-Atlantiku) u s-sajd għall-paġella ħamra fid-diviżjoni IX tal-ICES. |
(6) |
Il-miżuri proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta jikkonformaw mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għalhekk jistgħu jiddaħħlu fir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374. |
(7) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta ssuġġeriet li għandha tiġi applikata eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art għaċ-ċinturin iswed maqbud bil-konzijiet tal-qiegħ fid-diviżjonijiet VIIIa, IX u X tal-ICES u fiż-żona 34.1.2 tas-CECAF, billi l-evidenza xjentifika eżistenti tindika frekwenza baxxa ta' okkorrenza (u ta' għadd ta' kampjuni), u dan filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-irkapti li jimmiraw għal din l-ispeċi, il-prattiki tas-sajd u l-ekosistema. Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) fl-evalwazzjoni tiegħu kkonkluda li l-qbid skartat jista' jitqies null jew negliġibbli għal ħafna skopijiet ta' valutazzjoni billi l-mortalità tal-qbid skartat taċ-ċinturin iswed hija kkawżata l-aktar mill-predazzjoni tal-kelb il-baħar u taċ-ċetaċji fuq iċ-ċinturin iswed igganċjat u hija relattivament baxxa meta mqabbla mal-ħatt l-art. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk taċċetta l-eżenzjoni proposta. |
(8) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi wkoll li għandha tiġi applikata eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt l-art għall-paġella ħamra fis-subżona IX tal-ICES, billi l-Istati Membri jikkunsidraw li l-evidenza xjentifika tindika rati possibbli ta' sopravivenza għolja. Madankollu, jeħtieġ li jitwettqu studji ġodda sabiex jagħtu prova ta' dan u l-eżenzjoni tista' tiġi kkunsidrata fil-futur meta l-Istati Membri kkonċernati jibagħtu lill-Kummissjoni d-dejta mill-provi għaddejjin bħalissa. |
(9) |
Jeħtieġ li l-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 jiġi ristrutturat għall-finijiet ta' ċarezza. |
(10) |
Jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd u mal-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017, bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali, minħabba s-sottomissjoni tard tar-rakkomandazzjoni konġunta. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 tat-12 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 33).
ANNESS
ANNESS
Is-sajd soġġett għall-obbligu tal-ħatt l-art
1. Is-sajd tal-lingwata komuni (Solea solea)
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-Irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu |
Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES |
OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 70 mm u 100 mm |
Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni |
TBB |
Ix-xbieki tat-tkarkir bit-travu kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 70 mm u 100 mm |
||
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN |
Il-parit u x-xbieki tal-għażel kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa 100 mm jew iktar. |
2. Is-sajd tal-lingwata komuni (Solea solea) u tal-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu |
Id-diviżjoni Ixa tal-ICES |
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN |
Il-parit u x-xbieki tal-għażel kollha |
Malji tax-xbieki ta' 100 mm jew akbar |
Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni u tal-barbun tat-tbajja' |
3. Is-sajd tal-merluzz (Merluccius merluccius)
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu |
||||
Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES |
OTB, OTT, PTB, SDN, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SX, SV |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa 100 mm jew iktar. |
Il-qabdiet kollha tal-merluzz |
||||
LL, LLS |
Il-konzijiet kollha |
Kollha |
||||||
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN |
Ix-xbieki tal-għażel kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa 100 mm jew iktar. |
||||||
Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES |
OTB, OTT, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX, SV |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni kollha |
Bastimenti li jissodisfaw il-kriterji kumulattivi li ġejjin:
|
Il-qabdiet kollha tal-merluzz |
||||
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN |
Ix-xbieki tal-għażel kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 80 mm u 99 mm |
||||||
LL, LLS |
Il-konzijiet kollha |
Ganċ itwal minn 3,85 cm +/– 1,15 cm u usa' minn 1,6 cm +/– 0,4 cm |
4. Is-sajd tal-petriċi (Lophiidae)
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu |
Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES |
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN |
Ix-xbieki tal-għażel kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa 200 mm jew iktar |
Il-qabdiet kollha tal-petrika |
Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES |
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN |
Ix-xbieki tal-għażel kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa 200 mm jew iktar |
Il-qabdiet kollha tal-petrika |
5. Is-sajd tal-iskampu (Nephrops norvegicus)
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu |
Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES (fl-unitajiet funzjonali biss) |
OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT u TX). |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha |
Malji tax-xbieki ta' 70 mm jew akbar |
Il-qabdiet kollha tal-iskampu |
Id-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES (fl-unitajiet funzjonali biss) |
OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, OT, PT, TX TB |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha |
Malji tax-xbieki ta' 70 mm jew akbar |
Il-qabdiet kollha tal-iskampu |
6. Is-sajd taċ-ċinturin iswed (Aphanopus carbo)
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu |
Diviżjonijiet tal-ICES VIIIc, IX, X u CECAF 34.1.2 |
LLS, DWS |
Il-konzijiet tal-qiegħ |
— |
Il-qabdiet kollha taċ-ċinturin iswed |
7. Is-sajd tal-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu |
Id-diviżjoni IX tal-ICES |
LLS, DWS |
Il-konzijiet tal-qiegħ |
Daqs tal-ganċ itwal minn 3,95 cm u usa' minn 1,65 cm |
Il-qabdiet kollha tal-paġella ħamra |
(1) Il-perjodu ta' referenza jiġi aġġornat skont dan għas-snin sussegwenti. Għall-2018 il-perjodu ta' referenza se jkun 2015 u 2016 u għall-2019, il-perjodu ta' referenza se jkun 2016 u 2017.