1999D0090 — MT — 02.08.2001 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Jannar 1998

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-membrani

(notifikati taħt id-dokument numru K (1998) 114)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/90/KE)

(ĠU L 029, 3.2.1999, p.38)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta' Jannar 2001

  L 209

33

2.8.2001




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Jannar 1998

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-membrani

(notifikati taħt id-dokument numru K (1998) 114)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/90/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-prodotti għall-bini ( 1 ), kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE ( 2 ), u b'mod partikolari Artikolu 13(4) tagħha,

Billi l-Kummissjoni hi mitluba tagħżel, bħal bejn iż-żewġ proċeduri skond Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodott, “il-proċedura l-anqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà”; billi dan ifisser li jeħtieġ li jkun deċiż jekk, għal xi prodott partikolari jew familja ta' prodotti, l-eżistenza tas-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant hijiex kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni tal-konformità, jew jekk, għal raġunijiet reletati mal-konformità tal-kriterji msemmija f'Artikolu 13(4), l-intervent ta' korp approvat tal-attestazzjoni ikunx għalhekk meħtieġ;

Billi Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura hekk determinata għandha tkun indikata fil-mandati u fil-karatteristiċi tekniċi; billi, għalhekk, tinħass il-ħtieġa li jkun definit il-kunċett ta' prodotti jew familja ta' prodotti kif użat fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

Billi iż-żewġ proċeduri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal f'Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jiġu speċifikati sewwa l-metodi li bihom iż-żewg proċeduri jridu jitwettqu, b'referenza għal Anness III, għal kull prodott jew familja ta' prodotti, peress li Anness III jagħti preferenza għal ċerti sistemi;

Billi l-proċedura riferita fil-punt (a) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stabbilita fl-ewwel possibiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u tielet possibiltajiet tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stabbilita fil-punt (i) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III, u fl-ewwel possibiltà, b'sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III;

Billi l-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Deċizjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIZJONI:



Artikolu 1

Il-prodotti u familji ta' prodotti stabbiliti f’Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha l-fabbrikant għandu taħt ir-reponsabbilta unika tiegħu is-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika li tassigura li l-prodott huwa konformi ma l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti stabbiliti f'Anness II għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li permezz tagħha, b'żieda mas-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika operata mill-fabbrikant, korp approvat tal-attestazzjoni ikun involut fil-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott inniffsu.

Artikolu 3

Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stabbilita f'Anness III għandha tkun indikata fil-mandati għal standards armonizzati.

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

Filati kontra l-umdità:

Twapett ta' taħt il-bjut:

Saffi għall-kontroll tal-fwar mill-ilma

Għall-użu fil-bini, esklużi dawk soġġetti għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar għal prodotti magħmula minn materjali li jidħlu taħt il-klassijiet ►M1  A1 ( 3 ), A2 (3) , B (3) , Ċ (3) . ◄




ANNESS II

Folji kontra l-umdità:

Folji tal-bjut:

Għall-użu fil-bini

Filati kontra l-umdità:

Twapett ta' taħt il-bjut:

Saffi għall-kontroll tal-fwar mill-ilma

Għall-użu soġġett għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar għal prodotti magħmula minn materjali li jidħlu taħt il-klassijiet ►M1  A1 ( 4 ), A2 (4) , B (4) , Ċ (4) . ◄




ANNESS III

Nota:

għal prodotti li għandhom aktar minn użu intiż wieħed speċifikat fil-familji li ġejjin, id-doveri għall-korp approvat, li joriġinaw mis-sistemi rilevanti tal-attestazzjoni tal-konformità, huma kumulattivi.

FAMILJA TA' PRODOTTI

MEMBRANI (1/3)

1.   Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) intiż elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fl-istandard(s) armonizzat relevanti:



Prodott(i)

Użu ntiż

Livell(i) jew klassi(jiet)

Sistema ta' attestazzjoni tal-konformità

Filati kontra l-umdità

Twapet ta' taħt il-bjut

Saffi għall-kontroll tal-fwar mill-ilma

fil-bini

3

Folji kontra l-umdità

Folji għall-bjut

fil-bini

2+



Sistema 2+:

Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), l-ewwel possibiltà, inkluża l-attestazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi tal-ispezzjoni tal-fabbrika u tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika kif ukoll ta' sorveljanza, valutazzjoni u approvazzjoni kontinwa tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika.

Sistema 3:

Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), It-tieni possibiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b'tali mod li tkun tista' tiġi mplementata ukoll meta l-imġieba ma tkunx teħtieġ li tkun iddeterminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' l-anqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-punt 1,2,3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawn il-każi il-verifika ta' karatteristika bħal din m'għandhiex tiġi mposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dan ir-rigward.

FAMILJA TA' PRODOTTI

MEMBRANI (2/3)

1.   Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) intiż(i) elenkati hawn taħt, il-CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fl-istandard(s) armonizzati relevanti:



Prodott(i)

Użu ntiż

Livell(i) jew klassi

(jiet)

Sistema ta' attestazzjoni tal-konformità

Folji kontra l-umdità

għall-użu soġġett għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar

►M1  A1 (1), A2 (1), B (1), Ċ (1)  ◄

1

Filati kontra l-umdità

 

Kisi għal taħt il-bjut

 

►M1  A1 (2), A2 (2), B (2), Ċ (2), D, E ◄

3

Folji tal-bjut

 

Saffi għall-kontroll tal-fwar ta' l-ilma

 

►M1  (A1 sa E) (3), F ◄

4

(1)    ►M1  Prodotti/materajli li dwarhom stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib fil-klassifika dwar ir-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi). ◄

(2)    ►M1  Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota ta' l-aħħar 1. ◄

(3)    ►M1  Prodotti/materjali li ma jenħtieġux li jkunu ttestjati għal reazzjoni għan-nar (p.e. Prodotti/Materjali ta' Klassi A1 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE). ◄

Sistema 1: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(i), mingħajr l-awditjar ta' l-ittestjar tal-kampjuni.

Sistema 3: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), It-tieni possibiltà.

Sistema 4: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), It-tielet possibiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b'tali mod li tkun tista’ tiġi implementata wkoll anki meta l-imġieba ma tkunx teħtieġ li tkun iddetterminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' l-anqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali ta' karatteristika bħal din (ara Artikolu 2.1 (1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1,2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawn il-każi il-verifika ta' karatteristika bħal din m'għandhiex tiġi mposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dan ir-rigward.

FAMILJA TA' PRODOTTI

MEMBRANI (3/3)

1.   Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) intiż(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fl-istandard(s) armonizzati relevanti:



Prodott(i)

Użu ntiż

Livell(i) jew klassi(jiet)

Sistema ta' attestazzjoni tal-konformità

Kisi għal taħt il-bjut

għall-użu suġġett għar-regolamenti dwar ir-reazzjoni esterna għan-nirien.

prodotti li jeħtieġu l-ittestjar

3

Folji tal-bjut

 

prodotti “ikkunsidrati sodisfaċenti” minħajr l-ittestjar (1)

4

(1)   Għandha tiġi ikkonfermata f'diskussjonijiet mal-Grupp tar-Regolaturi tan-Nar.

Sistema 3: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III(2)(ii) It-tieni possibiltà.

Sistema 4: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III(2)(ii) It-tielet possibiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b'tali mod li tista’ tkun implementata wkoll anki meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tkun iddetterminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' l-anqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali ta' karatteristika bħal din (ara Artikolu 2.1 (1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-punt 1,2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawn il-każi il-verifika ta' karatteristika bħal din m'għandhiex tiġi mposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dan ir-rigward.



( 1 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

( 2 ) ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

( 3 ) Prodotti/materjali fejn stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib fil-klassifika dwar ir-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi).

( 4 ) Prodotti/materjali fejn stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib fil-klassifika dwar ir-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi).

  翻译: