02015D1814 — MT — 01.01.2024 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►C1   DEĊIŻJONI (UE) 2015/1814 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Ottubru 2015

dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ skambju tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE ◄

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 264 9.10.2015, p. 1)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DIRETTIVA (UE) 2018/410 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-14 ta' Marzu 2018

  L 76

3

19.3.2018

 M2

DEĊIŻJONI (UE) 2023/852 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tad-19 ta’ April 2023

  L 110

21

25.4.2023

►M3

DIRETTIVA (UE) 2023/959 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-10 ta’ Mejju 2023

  L 130

134

16.5.2023


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 420, 25.11.2021, p.  132 (2015/1814)




▼B

▼C1

DEĊIŻJONI (UE) 2015/1814 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Ottubru 2015

dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ skambju tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE

▼B

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Riżerva tal-istabbiltà tas-suq

1.  
Għandha tiġi stabbilita riżerva tal-istabbiltà tas-suq fl-2018 u t-tqegħid ta' kwoti fir-riżerva għandu jibda jopera mill-1 ta' Jannar 2019.
2.  
Il-kwantità ta' 900 miljun kwota mnaqqsa mill-volumi tal-irkant matul il-perjodu 2014-2016, kif determinat fir-Regolament (UE) Nru 176/2014 bis-saħħa tal-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, ma għandhomx jiġu miżjuda mal-volumi li għandhom jiġu rkantati fl-2019 u fl-2020, iżda minflok għandhom jitqiegħdu fir-riżerva.
3.  
Kwoti li mhumiex allokati għal installazzjonijiet skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE u kwoti li mhumiex allokati għal installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(19) u (20) ta' dik id-Direttiva għandhom jitqiegħdu fir-riżerva fl-2020. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta' dawk il-kwoti mhux allokati u, jekk ikun xieraq, għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼M3

4.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni kull sena sal-1 ta' Ġunju tas-sena sussegwenti. L-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni f'sena partikolari għandu jkun l-għadd kumulattiv ta' kwoti maħruġa fir-rigward tal-installazzjonijiet u l-kumpaniji tat-tbaħħir u mhux imqiegħda fir-riżerva fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008, inkluż l-għadd ta' kwoti maħruġa skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, fil-verżjoni fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2018, f'dak il-perjodu u d-drittijiet biex jintużaw il-krediti internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet fl-ambitu tal-EU ETS, sal-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena partikolari, neqsin it-tunnellati kumulattivi tal-emissjonijiet ivverifikati mill-installazzjonijiet u mill-kumpaniji tat-tbaħħir fl-ambitu tal-EU ETS bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-31 ta' Diċembru ta' dik l-istess sena partikolari, u kwalunkwe kwota kkanċellata f'konformità mal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE. Ma għandhomx jitqiesu l-emissjonijiet matul il-perjodu ta' tliet snin li jibda mill-2005 u jispiċċa fl-2007 u l-kwoti maħruġa fir-rigward ta' dawk l-emissjonijiet. L-ewwel pubblikazzjoni għandha sseħħ sal-15 ta' Mejju 2017.

▼M3

4a.  
Mill-2024, il-kalkolu tal-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fi kwalunkwe sena partikolari għandu jinkludi l-għadd kumulattiv ta' kwoti maħruġa fir-rigward tal-avjazzjoni u t-tunnellati kumulattivi ta' emissjonijiet verifikati mill-avjazzjoni fl-ambitu tal-EU ETS, li jeskludu l-emissjonijiet minn titjiriet fuq rotot koperti minn kumpens ikkalkulat skont l-Artikolu 12(6) tad-Direttiva 2003/87/KE, bejn l-1 ta' Jannar 2024 u l-31 ta' Diċembru ta' dik l-istess sena partikolari.

Il-kwoti kkanċellati skont l-Artikolu 3gb tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jitqiesu bħala maħruġa għall-finijiet tal-kalkolu tal-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni.

▼M3

5.  
Fi kwalunkwe sena partikolari, jekk l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun bejn 833 miljun u 1 096  miljun, għadd ta' kwoti ugwali għad-differenza bejn l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, kif stabbilit fl-aktar pubblikazzjoni reċenti msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u 833 miljun għandhom jitnaqqsu mill-kwantità ta' kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2003/87/KE u għandhom jitqiegħdu fir-riżerva fuq perjodu ta' 12-il xahar li jibda fl-1 ta' Settembru ta' dik is-sena. Jekk l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun ogħla minn 1 096  miljun kwota, l-għadd ta' kwoti li jridu jitnaqqsu mill-kwantità ta' kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2003/87/KE u li jridu jitqiegħdu fir-riżerva fuq perjodu ta' 12-il xahar li jibda fl-1 ta' Settembru ta' dik is-sena għandu jkun ugwali għal 12 % tal-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni. B'deroga mit-tieni sentenza ta’ dan is-subparagrafu, sal-31 ta' Diċembru 2030, il-persentaġġ msemmi f’dik is-sentenza għandu jiġi rduppjat.

Mingħajr preġudizzju għall-għadd totali ta' kwoti li jridu jitnaqqsu skont dan il-paragrafu, sal-31 ta' Diċembru 2030, il-kwoti msemmija fl-Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tad-Direttiva 2003/87/KE ma għandhomx jitqiesu meta jiġu ddeterminati l-ishma tal-Istati Membri li jikkontribwixxu għal dak l-ammont totali.

5a.  
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor fl-ewwel rieżami mwettaq f'konformità mal-Artikolu 3, mill-2023 il-kwoti miżmuma fir-riżerva 'l fuq minn 400 miljun kwota ma għandhomx jibqgħu validi.

▼B

6.  
Fi kwalunkwe sena partikolari, jekk in-numru totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun anqas minn 400 miljun, għandhom jinħarġu 100 miljun kwota mir-riżerva u jiżdiedu mal-volum ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2003/87/KE. Meta jkun hemm anqas minn 100 miljun kwota fir-riżerva, il-kwoti kollha fir-riżerva għandhom jinħarġu skont dan il-paragrafu.

▼M3

7.  
Fi kwalunkwe sena partikolari, jekk il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu ma jkunx applikabbli u tkun ġiet issodisfata l-kundizzjoni fl-Artikolu 29a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, 75 miljun kwota għandhom jiġu rilaxxati mir-riżerva u għandhom jiżdiedu mal-kwantità ta' kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(2) ta' dik id-Direttiva. Meta jkun hemm inqas minn 75 miljun kwota fir-riżerva, il-kwoti kollha fir-riżerva għandhom jiġu rilaxxati skont dan il-paragrafu. Meta l-kundizzjoni fl-Artikolu 29a(1) ta' dik id-Direttiva tiġi ssodisfata, il-volumi li jridu jiġu rilaxxati mir-riżerva f'konformità ma' dak l-Artikolu għandhom jitqassmu b'mod ugwali matul perjodu ta' tliet xhur, li jibda mhux aktar tard minn xahrejn mid-data meta l-kundizzjoni fl-Artikolu 29a(1) ta' dik id-Direttiva tiġi ssodisfata kif innotifikat mill-Kummissjoni f'konformità mar-raba' subparagrafu tiegħu.

▼B

8.  
Meta, wara l-pubblikazzjoni tan-numru totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, tittieħed azzjoni skont il-paragrafi 5, 6 jew 7, il-kalendarji tal-irkant għandhom iqisu l-kwoti li tqiegħdu fir-riżerva jew li għandhom jinħarġu mir-riżerva. Il-kwoti għandhom jitqiegħdu fir-riżerva jew jinħarġu minnha tul perjodu ta' 12-il xahar. Meta jinħarġu kwoti skont il-paragrafu 6 jew 7, irrispettivament mill-perjodu li matulu jkun sar il-ħruġ, dan għandu jsegwi l-ishma tal-Istati Membri applikabbli fil-ħin li l-kwoti jkunu tqiegħdu fir-riżerva u għandu wkoll isegwi l-ordni li fiha l-kwoti tqiegħdu fir-riżerva.

▼M3

Artikolu 1a

It-tħaddim tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali

1.  
Il-kwoti koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jitqiegħdu fi u jiġu rilaxxati minn taqsima separata tar-riżerva stabbilita skont l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, f'konformità mar-regoli stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
It-tqegħid tal-kwoti fir-riżerva skont dan l-Artikolu għandu jopera mill-1 ta' Settembru 2028. Il-kwoti koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jitqiegħdu u jinżammu fir-riżerva, u jiġu rilaxxati minnha, separatament mill-kwoti koperti mill-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni.
3.  
Fl-2027, it-taqsima msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tinħoloq f'konformità mal-Artikolu 30d(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE. Mill-1 ta' Jannar 2031, il-kwoti msemmija f'dak is-subparagrafu li ma jkunux ġew rilaxxati mir-riżerva ma għandhomx jibqgħu validi.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE kull sena, sal-1 ta' Ġunju tas-sena sussegwenti, separatament mill-għadd ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni skont l-Artikolu 1(4) ta' din id-Deċiżjoni. L-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni skont dan l-Artikolu f'sena partikolari għandu jkun l-għadd kumulattiv ta' kwoti koperti minn dak il-Kapitolu maħruġa fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2027, neqsin it-tunnellati kumulattivi tal-emissjonijiet ivverifikati koperti minn dak il-Kapitolu għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2027 u l-31 ta' Diċembru ta' dik l-istess sena partikolari u kwalunkwe kwota koperta minn dak il-Kapitolu kkanċellata f'konformità mal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE. L-ewwel pubblikazzjoni għandha sseħħ sal-1 ta' Ġunju 2028.
5.  
Fi kwalunkwe sena partikolari, jekk l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, kif stabbilit fl-aktar pubblikazzjoni reċenti msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, ikun ogħla minn 440 miljun kwota, għandhom jitnaqqsu 100 miljun kwota mill-kwantità ta' kwoti koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 30d ta' dik id-Direttiva u għandhom jitqiegħdu fir-riżerva fuq perjodu ta' 12-il xahar li jibda fl-1 ta' Settembru ta' dik is-sena.
6.  
Fi kwalunkwe sena partikolari, jekk l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun inqas minn 210 miljuni, 100 miljun kwota koperta mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jiġu rilaxxati mir-riżerva u jiżdiedu mal-kwantità ta' kwoti koperti minn dak il-Kapitolu li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 30d ta' dik id-Direttiva. Meta jkun hemm inqas minn 100 miljun kwota fir-riżerva, il-kwoti kollha fir-riżerva għandhom jiġu rilaxxati skont dan il-paragrafu.
7.  
Il-volumi li jridu jiġu rilaxxati mir-riżerva f'konformità mal-Artikolu 30h tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jiżdiedu mal-kwantità ta' kwoti koperti mill-Kapitolu IVa ta' dik id-Direttiva li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 30d ta' dik id-Direttiva. Il-volumi li jridu jiġu rilaxxati mir-riżerva għandhom jiġu distribwiti b'mod ugwali matul perjodu ta' tliet xhur, li jibda mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data li fiha l-kundizzjonijiet ġew issodisfati skont il-pubblikazzjoni f’dak ir-rigward f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 30h(8) tad-Direttiva 2003/87/KE.
8.  
L-Artikolu 1(8) u l-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għall-kwoti koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE.
9.  
B'deroga mill-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, meta waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30k(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, jew it-tnejn li huma, jiġu ssodisfati, it-tqegħid tal-kwoti fir-riżerva msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jopera mill-1 ta' Settembru 2029 u d-dati msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jitressqu lura b'sena.

▼B

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2003/87/KE

Id-Direttiva 2003/87/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a) 

Il-paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.  
Mill-2019 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirkantaw il-kwoti kollha li ma ġewx allokati mingħajr ħlas skont l-Artikoli 10a u 10c u li ma jitqiegħdux fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ).
(b) 

il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 1:

“1a.  
Meta l-volum tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri fl-aħħar sena ta' kull perjodu msemmi fl-Artikolu 13(1) ta' din id-Direttiva jaqbeż b'aktar minn 30 % tal-volum tal-irkant medju mistenni għall-ewwel sentejn tal-perjodu ta' wara qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, żewġ terzi tad-differenza bejn il-volumi għandhom jitnaqqsu mill-volumi tal-irkantar fl-aħħar sena tal-perjodu u miżjuda f'pagamenti ugwali għall-volumi li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri fl-ewwel sentejn tal-perjodu ta' wara.”.
(2) 

Fl-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom joħorġu kwoti lill-persuni għall-perjodu attwali sabiex jissostitwixxu kwalunkwe kwota miżmuma minnhom li tkun ikkanċellata skont l-ewwel subparagrafu. Bl-istess mod, il-kwoti miżmuma fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq u li ma għadhomx validi għandhom jiġu ssostitwiti minn kwoti li huma validi għall-perjodu attwali.”.

▼M3

Artikolu 3

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tar-riżerva fil-kuntest tar-rapport previst fl-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2003/87/KE. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra l-effetti rilevanti fuq il-kompetittività, b'mod partikolari fis-settur industrijali, inkluż fir-rigward tal-PDG, tal-impjiegi u tal-indikaturi tal-investiment. Fi żmien tliet snin minn meta r-riżerva tibda topera, u f'intervalli ta' ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni, abbażi ta' analiżi tal-funzjonament ordnat tas-suq Ewropew tal-karbonju, għandha tirrieżamina r-riżerva u tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta dan ikun xieraq. Kull rieżami għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-perċentwal għad-determinazzjoni tal-għadd ta' kwoti li jridu jitqiegħdu fir-riżerva skont l-Artikolu 1(5) ta' din id-Deċiżjoni, il-valur numeriku tal-livell limitu għall-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, inkluż fid-dawl ta' aġġustament potenzjali ta' dak il-livell limitu f'konformità mal-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE, kif ukoll l-għadd ta' kwoti li jridu jiġu rilaxxati mir-riżerva skont l-Artikolu 1(6) jew (7) ta' din id-Deċiżjoni. Fir-rieżami tagħha, il-Kummissjoni għandha tanalizza wkoll l-impatt tar-riżerva fuq it-tkabbir, l-impjiegi, u l-kompetittività industrijali tal-Unjoni u fuq ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

▼B

Artikolu 4

Dispożizzjoni tranżitorja

L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendat bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) għandu jibqa' japplika sal-31 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.



( *1 ) Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).”;

( 1 ) Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63).

  翻译: