Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0822 - 0822
D. IL-KONTROLL TAT-TNIĠĠIS INDUSTRIJALI U L-IMMANIĠĠJAR TAR-RISKJI 32001 L 0080: Id-Direttiva Nru. 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' ħruġta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja minn impjanti kbar ta' kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1). B'deroga mill-Artikolu 4(3) u l-parti A ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2001/80/KE, il-limitu ta' valuri ta' emissjoni ta' 1700 mg/Nm3 għandu japplika għall-boilers li kienu joperaw f'Settembru 2002 fl-impjanti ta' kombustjoni ta' Dhekelia u Vasilikos sakemm isseħħxi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin: - ikun hemm titjib fil-livell ta' dawn il-boilers jew xi tibdiliet sinifikanti fihom; - il-gass naturali jsir disponibbli fil-gzira; - Ċipru jsir esportatur ta' l-elettriku; - il-boilers li qed joperaw attwalment jingħalqu. Matul l-applikazzjoni tal-limitu ta' valuri ta' emissjoni ta' 1700 mg/Nm3, sal-31 ta' Marzu ta' kull sena wara l-adeżjoni, Ċipru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni fuq il-kwalità tal-karburanti użat, l-emissjonijiet globali ta' dissodju tal-kubrit fis-sena u s-sehem stmat ta' dawn l-emissjonijiet tal-kubrit fuq l-emissjonijiet ta' pajjiżi viċini. --------------------------------------------------