Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU IV: MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL - Kapitolu 2: Id-dritt ta' stabbiliment - Artikolu 49 (ex Artikolu 43 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0067 - 0067
Artikolu 49 (ex Artikolu 43 TKE) Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta' hawn taħt ir-restrizzjonijiet għal-libertà ta' l-istabbiliment ta' ċittadini ta' Stat Membru fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, għandhom jiġu projbiti. Tali projbizzjoni għandha testendi ruħha wkoll għal restrizzjonijiet fuq l-istabbiliment ta' aġenziji, fergħat u sussidjarji, minn ċittadini ta' Stat Membru stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor. Il-libertà ta' l-istabbiliment tinkludi d-dritt li tibda u teżerċita attivitajiet bħala persuna li taħdem għal rasa, kif ukoll li tikkostitwixxi u tmexxi impriżi u b’mod partikolari kumpanniji li jaqgħu taħt it-tifsira tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 54 taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-liġijiet tal-pajjiż ta' l-istabbiliment, għaċ-ċittadini tiegħu stess, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu dwar il-kapital. --------------------------------------------------