26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/391 |
IL-KARTA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TA' L-UNJONI EWROPEA
TITOLU V
ĊITTADINANZA
Artikolu 45
Il-libertà ta' moviment u ta' residenza
1. Kull ċittadin ta' l-Unjoni għandu d-dritt tal-libertà ta' moviment u ta' residenza fit-territorju ta' l-Istati Membri.
2. Il-libertà ta' moviment u ta' residenza tista' tingħata, skond it-Trattati, lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti legalment fit-territorju ta' Stat Membru.