7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/7


Artikolu 5

Sabiex tinkoraġixxi l-koordinament tar-riċerka li tkun magħmula fl-Istati Membri u biex tkun tista' tintegra dik ir-riċerka, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istati Membri, lill-persuni jew lill-impriżi jew permezz ta' talba speċjali ndirizzata lill-persuni jew intrapriżi speċifiċi u kkomunikata lill-Istat Membru approprjat, li jkollu ġurisdizzjoni fuq dik il-persuna jew impriżi jew permezz ta' talba ġenerali magħmula pubblika, sabiex jikkomunikaw lilha l-programmi tagħhom li għandhom x'jaqsmu mar-riċerka msemmija fit-talba.

Il-Kummissjoni tista', wara li tagħti lill-partijiet interessati kull opportunità li jissottomettu l-kummenti tagħhom, tifformula opinjoni motivata dwar kull programm ikkomunikat lilha. Il-Kummissjoni għandha, jekk mitluba mill-Istat, persuna jew intrapriża li jikkomunikaw programm, tkun obbligata li tifformola din l-opinjoni motivata.

Permezz ta' opinjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tiskoraġġixxi duplikazzjoni mhux meħtieġa u għandha tidderieġi r-riċerka lejn setturi li ma jkunux studjati biżżejjed. Il-Kummissjoni ma tistax tippubblika xi programmi mingħajr il-kunsens ta' l-Istat, persuna jew impriżi li jkunu kkomunikawhom.

Il-Kummissjoni għandha perjodikament tippubblika lista li turi s-setturi tar-riċerka nukleari li hi tikkonsidra li ma jkunux ġew studjati biżżejjed.

Il-Kummissjoni tista', għall-iskopijiet ta' konsultazzjoni reċiproka u skambju ta' nformazjoni, issejjaħ ir-repreżentanti ta' ċentri ta' riċerka pubbliċi u privati kif ukoll lill- esperti nvoluti fir-riċerka fl-istess oqsma jew dawk marbuta magħhom.


  翻译: